Inċident ferrovjarju fil-Belġju jħalli persuna mejta u oħrajn midruba

Minn tal-inqas persuna mietet u madwar 20 oħra ndarbu f'inċident ferrovjarju qrib Brussell.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li l-inċident seħħ meta l-ferrovija li telqet minn Leuven fi triqtha lejn il-kapitali Belġjana, qabżet il-linji b'konsegwenza li wieħed mill-vaguni spiċċa nqaleb fuq ġemb wieħed.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:20pm madwar 16-il mil 'il barra minn Brussell.
Is-servizz tal-ferrovija bejn iż-żewġt ibliet kellu jiġi sospiż.