Aġġornata: Inċident fejn il-mini ta’ Paceville

Inċident bejn żewġ vetturi f’San Ġiljan ħoloq konġestjoni żgħira tat-traffiku għal xi ħin.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30pm qabel id-daħla tal-mini ta’ Paceville direzzjoni lejn il-Kappara. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.