​Inċident fatali wara logħba futbol fl-Alġerija

Hekk kif intemmet il-logħba bejn Js Cabilia u Usm Algeri fl-Alġerija, waqt li l-plejers ta’ Js Cabilia kienu deħlin fid-dressing rooms, il-partitarji qabdu jitfgħu minn kollox fil-grawnd.
Js Cabilia li kienu qed jilagħbu f’darhom fl-istadjum ta’ Tizi Ouzou, tilfu bl-iskor ta’ 2-1.
Albert Ebossé, l-attakant Kameruniż ta’ 24 sena li kien jilgħab ma’ Js Cabilia, inqatel wara li ntlaqat minn oġġett f’rasu.
Ebossé li skurja l-uniku gowl għat-tim tiegħu f’din il-logħba, intefa’ mal-art għal mejjet u ttieħed mill-ewwel l-isptar, fejn hemmhekk miet wara li sofra trawma fil-kranju.
Jista’ jagħti l-każ li Ebossé ntlaqat minn ġebla jew suffarell.
Għaldaqstant il-Ministru tal-Intern Alġerin Tayev Belaiz ordna li tinfetaħ inkjesta dwar dan il-każ.