Imut sewwieq ta’ mutur fil-Mistra

Aġġornat 06:08 PM
CMRU

Read in English.

Raġel ta’ 46 sena mill-Mellieħa tilef ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun direzzjoni lejn il-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 2.40pm.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ bejn karozza li kienet misjuqa minn mara ta 49 sena mil-Litwanja residenti San Pawl il-Baħar u r-raġel li kien qed isuq mutur.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post minnufih u ssejjaħ tim mediku biex jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel madankollu huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei minħabba li qed issofri minn xokk.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Neville Camilleri li ordna biex issir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.