Raġel imut f’inċident fi Triq il-Kosta

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur li kellu 51 sena miet f’inċident fi Triq Tul il-Kosta.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-6.15pm.

Għadd ta’ pulizija, membri mis-CPD, u ambulanza marru fuq il-post.

Aktar tard fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata li l-inċident ġara f’Baħar iċ-Ċagħaq fid-direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post imma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tabib tal-emerġenza. Ir-raġel kien joqgħod l-Imsida.

Infetħet inkjesta maġisterjali dwar l-inċident.