Inċident f’mina fi Spanja ħalla sitt persuni mejta filwaqt li mal-ħames persuni oħra kellhom jiddaħħlu l-isptar għal aktar kura.
L-inċident fil-mina ma kienx jinvolvi splużjoni, imma ħruġ ta’ gass, methane, minn sezzjoni tal-mina stess.
L-inċident seħħ f’Santa Lucia, qrib ħafna tal-belt ta’ Leon. Dan l-inċident qed jitqies l-agħar wieħed f’dawn l-aħħar 18-il sena.
Il-ħaddiema li mietu kienu jinsabu f’mina tal-faħam, 700 metru taħt l-art.