Aġġornata: 3 persuni bi ġrieħi serji u gravi f’inċident tat-traffiku Ħal Għaxaq

Raġel iddaħħal l-isptar bi ġrieħi serji u żewġ tfajliet oħra bi ġrieħi gravi u ħfief wara li l-karozza li kienu fiha baqgħet dieħla f’xatba ta’ residenza f’Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11pm, xħin is-sewwieqa ta’ 24 sena residenti Birżebbuġa tilfet il-kontroll tal-karozza.
Magħha kien hemm tfajla ta’ 26 sena mill-Fgura u raġel ta’ 32 mill-Iżlanda.
Fuq il-post issejħu anki tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jaqilgħu lill-persuni minn ġol-karozza.
Mater Dei, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja, is-sewwieqa kellha ġrieħi gravi, filwaqt li l-passiġġiera l-oħra ta’ 24 ġarrbet biss ġrieħi ħfief.