Inċident b’mutur qrib Mater Dei

Google

Sewwieq ta’ mutur kien involut f’inċident tat-traffiku qrib l-isptar Mater Dei.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 pm fil-qasam industrijali ta’ San Ġwann.

L-identità tas-sewwieq tal-mutur, il-kundizzjoni tiegħu, u d-dettalji ta’ kif seħħ l-inċident għadhom mhux magħrufa.