Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta

Sewwieq ta' mutur kellu jittieħed l-isptar wara li ħabat ma' karozza fi Triq Dun Karm f'Birkirkara.
Kelliem għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00pm.
Skont il-Pulizija, il-mutur kien qed jiġi misjuq minn raġel ta' 31 sena residenti Birkirkara. Huwa ħabat ma' karozza misjuqa minn raġel ta' 38 sena residenti n-Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Skont il-Pulizija, karreġġata waħda fid-direzzjoni lejn in-Naxxar tinsab magħluqa minħabba l-inċident.
Ritratt: Arkviji