Aġġornata: Tmut mara wara inċident b’mutur

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Mara tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Għadira.

L-inċident ġara għall-4.20pm fi Triq il-Marfa, meta kowċ misjuq minn raġel ta’ 40 sena minn Birkirkara ħabat ma’ mutur misjuq minn raġel ta’ 52 sena mir-Rabat. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-mara kienet riekba fuq il-mutur ukoll u ttieħdet l-isptar. Hija kellha 63 sena u kienet residenti l-Gżira.

Infetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ.