Inċident bil-mutur; iweġġa’ serjament

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur.

Fi stqarrija mill-Pulizija, ġie kkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.10pm tal-bieraħ fi Triq L-Imgiered, Ħal Luqa. Ir-raġel huwa ta’ 43 sena, residenti l-Gudja. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei minnufih bl-ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.