Inċident bil-mutur fis-Salini

Sewwieq tal-mutur spiċċa l-isptar wara inċident li kellu fis-Salini aktar kmieni dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq Tul il-Kosta.

Kelliem għall-Pulizija qal li r-raġel li kien qed isuq il-mutur għandu 26 sena u residenti San Ġwann. Huwa kkonferma wkoll li l-mara li kienet qed issuq il-karozza hija Awstraljana.

Jidher li r-raġel tkaxkar mal-art bil-mutur sa ma weħel ma’ arblu tad-dawl li jinsab fuq il-bankina.