Read in English.
Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku. Waħda minnhom ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. Il-persuni involuti fl-inċident kienu qed isuqu quad bike. L-inċident seħħ fi Triq Ta’ Sannat f’Ta’ Sannat għall-ħabta tal-11:20am.
Kelliem għall-Pulizija qal li ż-żewġ persuni involuti fl-inċident huma ġuvni u tfajla Franċiżi minn tas-Sliema. It-tfajla ta’ 22 sena ġiet ċertifikata gravi. Il-kundizzjoni tal-ġuvni għadha mhix magħrufa.