Karozza tal-mejtin f’ħabta f’Burmarrad

Sewwieqa ta’ karozza tal-mejtin u 4×4 kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Burmarrad.
L-inċident seħħ fi Triq Burmarrad għall-ħabta tat-3.15 ta’ wara nofsinhar.
Jirriżulta li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident iżda nġemgħa ħafna traffiku.