Inċident bejn 2 trailers; traffiku f’Ħal Qormi

Google Maps

Aktar kmieni dalgħodu żewġ trailers kienu involuti f’inċident tat-traffiku. Skont kelliema għall-pulizija l-każ seħħ għall-ħabta tal-9:45am. L-inċident seħħ fil-bidu tal-bypass tal-Imrieħel, direzzjoni Ħal Qormi.

It-triq kellha tingħalaq għal xi ħin. Skont il-paġna ta’ Facebook Maltese Roads Traffic Updates, l-inċident ikkawża traffiku kbir.

Skont kelliema tal-pulizija, it-triq issa reġgħat infetħet. Ħadd mill-persuni involuti fl-inċident ma’ weġġa’.