Mara tittieħed l-isptar wara inċident b’ċilindru tal-gass f’Birżebbuġa

Mara ta’ 72 sena ttieħdet l-isptar wara li ċilindru tal-gass fir-residenza f’Birżebbuġa li kienet tgħix fiha ħa n-nar. Jidher li l-mara ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li belgħet xi duħħan fir-residenza tagħha.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post ftit wara s-6.30pm fejn kienu għaddejjin b’ħidma biex jitfu n-nirien li ħakmu r-residenza. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li ċilindru ħa n-nar fi Triq San Ġużepp f’Birżebbuġa għall-ħabta tas-6.30pm.

Ix-xahar li għadda, l-awtoritajiet ħabbru li wara l-inċidenti bl-involviment ta’ ċilindri tal-gass fl-aħħar jiem se jkunu qed iżidu l-kontrolli fuqhom.

Inċidenti ċilindri tal-gass: Se jiżdiedu l-kontrolli