Inċertezza fl-Iżvezja wara l-elezzjoni

Reuters

L-Iżvezja qed taffaċċja ġimgħat ta’ inċertezza wara li l-koalizzjoni fil-Gvern bejn il-Partit Soċjodemokratiku u l-Ħodor jinsabu ras imb rasmal-Oppożizzjoni taċ-Ċentru Xellug, b’40.6% u 40.3% tal-voti rispettivament.

Il-Partit tad-Demokratiċi Żvediżi għandu 17.6% tal-voti, madwar 5% iżjed mill-voti li ġabu fl-elezzjoni tal-2014. Dan is-suċċess qed juri l-ansjetà tal-poplu fuq l-identità nazzjonali.

Id-diskussjonijiet għal strateġija ta’ Governanza bdew it-Tnejn. Il-proċess jidher li se jieħu fit-tul hekk kif il-Partit Demokratiku jrid vuċi fil-Gvern. Jekk jibqa’ ma jsirx qbil tista’ tissejjaħ elezzjoni oħra.