“Inċertezza dwar id-direzzjoni li qabad il-pajjiż” – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li hemm inċertezza dwar id-direzzjoni li qabad il-pajjiż u li l-attakki kontra l-libertà tal-espressjoni huma ferm aktar ħorox.
Stqarr li dan huwa rifless fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
L-istqarrija kompliet tispjega li r-rispett lejn il-liġi (is-Saltna tad-Dritt) qed jitkisser u masterplan nazzjonali dwar l-iżvilupp baqa’ ma tfassalx.
Il-PD spjega kif is-siġar qed jinqerdu, anki dawk protetti bil-liġi.
L-istqarrija tgħid li sena minn meta Joseph Muscat reġa’ kien elett, l-istituzzjonijiet nazzjonali komplew jitnawru, għax min kien implikat f’xi skandlu politiku baqa’ hemm.