Inċentiv għas-sidien tal-barrieri – Sandro Chetcuti

Il-President tal-Assoċazzjoni tal-Iżviluppaturi, Sandro Chetcuti, ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li s-sidien tal-barrieri se jingħataw vantaġġ finanazjarju iżda mhux forma ta’ eżenzjoni. Hu sostna li s-sena l-oħra saru negozjati mal-Gvern biex jingħata inċentiv għas-sidien tal-barrieri.

Newsbook.com.mt saqsa lil Chetcuti jekk kienx hemm talba għall-eżenzjoni mit-taxxa għas-sidien kollha tal-barrieri. Chetcuti qal li minflok eżenzjoni kien hemm qbil biex tidaħħal final withholding tax ta’ 10% fuq rimi tal-iskart tal-materjal tal-kostruzzjoni dejjem sakkem ma jkunx jiswa iktar minn €5.50 it-tunnellata. Chetcuti qal li din l-inċentiva hi għas-sidien kollha li jilqgħu l-iskart fil-barrieri. Huwa saħaq li jekk persuna taqbeż €5.50 din ma tibqax tikwalifika għal dan l-inċentiv.

Iktar kmieni l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħabret li 10 barrieri ngħataw permess ambjentali biex jkunu jistgħu jintużaw għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni.