Inawgurati tliet swali ġodda f’San Vinċenz de Paul

Tlesta l-ewwel fażi tal-proġett li qed isir fil-binja Rużar Briffa f’San Vinċenz de Paul, biex ilbieraħ infetħu 3 swali bis-sodod jiżdiedu minn 60 għal 104.
Il-Ministru għall-Familj, Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, qal li dan huwa l-aqwa rigal li l-Gvern seta’ jagħti lil din ir-residenza li ilha aktar minn seklu sservi lill-anzjani.
Qal li l-Gvern investa mas-€60,000 fuq kull persuna li se tgħix fil-parti l-ġdida ta’ San Vincenz de Paul, hekk kif dan il-proġett ġie jiswa mas-€6 miljun.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal li ż-żieda ta’ sodod saret b’ippjanar u b’disinji professjonali li jaċċertaw livelli ta’ kwalità għolja għall-anzjani tagħna.
Fakkar li dan kien suċċess bis-saħħa ta’ koperazzjoni bejn kumpaniji privati u San Vinċenz Engineering Unit taħt it-tmexxija tal-amministrazzjoni ta’ San Vinċenz de Paul
Iċ-Chief Executive Officer Dr Josianne Cutajar irringrazzjat lill-ħaddiema kollha tal-ħidma tagħhom biex dan il-proġett ikun jista’ jitlesta b’suċċess u f’ħin stipulat.

Ritratt: DOI- Anthony Sultana