Inawgurati għaxar karozzi ġodda għall-Protezzjoni Ċivili

Ġew inawgurati għaxar karozzi ġodda li se jintużaw mill-uffiċċjali tal-Protezzjoni Ċivili li jaslu l-ewwel fuq il-post ta’ emerġenza u jkunu huma li jinfurmaw x’makkinarju jkun hemm bżonn li jintbagħat fuq il-post tal-emerġenza.

Wara l-inawgurazzjoni, il-Ministru Manuel Mallia qal li il-Protezzjoni Ċivili għandha bżonn imminenti li tibdel il-flotta tal-Emerġenza li b’kollox tammonta għal madwar 50 vettura bi spiża ta’ madwar €8 miljun, barra apparat ieħor.

L-aħħar vetturi għall-Protezzjoni Ċivili nxtraw fis-sena 1998.

Il-ġimgħa li għaddiet id-Dipartiment beda bi proċess biex jibdel dawn il-vetturi u ħareġ l-ewwel  sejħa għax-xiri ta’ fire-engine magħrufa aħjar bħala all terrain vehicle

Dan il-proċess ta’ xiri ta’ vetturi huwa mistenni li jkompli fix-xhur li ġejjin.

Il-Ministru Mallia ħabbar ukoll li l-ġimgħa d-dieħla mistennija jaslu għaxart iklieb li jgħinu fix-xoghol tal-Protezzjoni Ċivili u fil-qbid tad-drogi.  

 

Ritratti: Omar Camilleri