Inawgurati 3 laboratorji ġodda fil-Junior College

DOI - Jeremy Wonnacott

Ġew inawgurati tliet laboratorji ġodda tal-fiżika fil-Junior College b’investiment ta’ madwar €600,000.

Fi stqarrija, is-Segretarjat għaż-Żgħażagħ qal li l-laboratorji huma mgħammra bl-aħħar teknoloġija u b’sistemi moderni ta’ sigurtà flimkien ma’ arja kundizzjonata.

Il-Prinċipal tal-Junior College Paul Xuereb qal li dawn il-laboratorji jagħmlu parti minn sensiela sħiħa ta’ proġetti ta’ titjib li qed isiru fl-iskola.

Il-laboratorji ġew inawgurati mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Clifton Grima.