Inawgurata skola ġdida b’investiment ta’ €8 miljun

Ġiet inawgurata skola ġdida f’Tal-Ħandaq b’investiment ta’ €8 miljun. Din l-iskola tagħmel parti mill-kulleġġ ta’ San Injazju.

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi inawgura din l-iskola billi qal li dan il-ftuħ, huwa messaġġ ta’ kemm pajjiżna joffri l-aħjar edukazzjoni. Dr Gonzi semma’ fost l-oħrajn l-2,642 interactive whiteboards kif ukoll l-investiment ta’ €1.5 miljun f’apparat xjentifiku.

Il-ftuħ ta’ din l-iskola sar fil-preżenza tal-Ministru Dolores Cristina flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clyde Puli u l-Assistent Parlamentari Stephen Spiteri.