Inawgurata l-librerija tal-kulleġġ St Edward’s

Ġiet inawgurata mill-ġdid il-librerija tal-kulleġġ St. Edward’s wara x-xogħol estensiv li sar fiha.

F’ċerimonja qasira il-Ministru tkellmet dwar l-importanza tal-qari u l-imħabba lejn il-kotba li huma il-ħabib tal-bniedem.

Hi tkellmet ma’ numru ta’ studenti li kienu preżenti fil-librerija waqt din l-inawgurazzjoni u ppreżentat numru ta’ kotba lill-istess librerija.