Inawgurata l-Kamra tal-Kummerċ Iżraeljana – Maltija

Read in English.

Fl-aħħar jiem ġiet inawgurata l-Kamra tal-Kummerċ Iżraeljana – Maltija f’Tel Aviv. Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ddeskriva l-Kamra tal-Kummerċ bħala mezz ġdid ta’ koperazzjoni li juri l-impenn u rieda bejn iż-żewġ pajjiżi.

Għall-inawgurazzjoni kien hemm preżenti wkoll il-Ministru Iżraeljan għall-Koperazzjoni Reġjonali, il-President tal-Kamra, il-Federazzjoni Iżraeljana tal-Kmamar tal-Kummerċ Binazzjonali, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija bejn l-Iżrael u l-UE, il-Malta Enterprise, l-Intraprenditorija, u l-Industrija, kif ukoll imprendituri Iżraeljani li huma interessati jagħmlu kummerċ ma’ Malta.