Inawgurata l-installazzjoni kontemporanja Prospettiva

L-installazzjoni kontemporanja Prospettiva, li tiċċelebra t-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura, ġiet inawgurata mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef qal li Prospettiva hija installazzjoni moderna li tirrakkonta l-istorja tal-Belt Kapitali billi tfakkar l-imgħoddi, titkellem fuq il-preżent, u tħares lejn il-futur.
Micallef qal li fl-aħħar sena u nofs, il-Fondazzjoni Valletta 2018 ħadmet flimkien mal-imsieħba tagħha, sabiex ingħaqdu r-riżorsi kollha.
B’hekk, il-Kapitali Valletta tiġi ġġenerata f’ċentru ta’ attività eċitanti, u attraenti, li fih tista’ taħdem, tgħix u tiddeverti.
Sostna li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Fondazzjoni Valletta 2018 huwa li jiżdied l-aċċess għall-kultura f’Malta u għalhekk qed issir ħidma flimkien mal-organizzazzjonijiet kulturali l-oħrajn kollha biex l-arti tkun kontinwament preżenti f’ħafna postijiet u f’komunitajiet differenti f’Malta u f’Għawdex.
L-installazzjoni ta’ Chris Briffa Architects ġiet magħżula minn ġurija komposta mill-Professur Richard England, Rupert Cefai u Carlo Schembri. 

Ritratt: Fondazzjoni Valletta 2018