Filmat: Inawgurata l-faċilità ta’ Crane Currency f’Ħal Far

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-faċilità l-ġdida tal-Crane Currency f’Ħal Far.
Dr Muscat qal li dan l-impjant, li diġà beda jistampa l-karti tal-flus, huwa fost l-aqwa ħames impjanti fis-settur u li se joħloq 300 post tax-xogħol ġdid.
Dan l-impjant sar b’investiment ta’ €100 miljun. Fl-aħħar ġimgħat Crane Currency marret f’idejn Crane Co. 
Dr Muscat saħaq li apparti r-relazzjoni soda diplomatika li teżisti bejn Malta u l-Istati Uniti, teżisti wkoll relazzjoni soda kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi, fejn issa l-kumpanija Crane ssieħbet mal-komunità kummerċjali Amerikana f’Malta.

Filmat: MaltaGov
Ritratt: DOI – Clifton Fenech