Inawgurata l-Bażi Marittima tal-Forzi Armati

Ġew inawgurati l-faċilitajiet ġodda fil-Bażi Marittima tal-Forzi Armati, f’Xatt it-Tiben.
Dawn mistennija jaqdu l-bżonnijiet tal-Iskwadra biex tirrispondi f’inqas ħin f’ħidma ta’ kontrolli tal-fruntieri.
Bi spiża ta' €5.5miljun u b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea, il-faċilità nbniet f'seba' xhur u ġiet mgħammra bi krejn biex dgħajjes tal-Forzi Armati jitniżżlu fl-inqas ħin possibbli.
Fl-istess post se tkun tista’ ssir manutenzjoni tad-dgħajjes u se jkun jistgħu jinżammu l-oġġetti meħtieġa għal dan it-tip ta’ xogħol, f'post wieħed.
Bħala parti mill-proġett inbnew ukoll uffiċċji u ċentru sportiv għat-taħriġ tas-suldati, u akkomodazzjoni għall-forzi barranin.
B’dan il-proġett u l-faċilitajiet li hemm fih, l-Iskwadra Marittima se tkun tista’ tagħmel missjonijiet itwal fuq il-baħar.
F’Settembru, fl-istess bażi, ġiet inawgurata faċilità għall-ħażna ġdida ta’ fjuwil għat-Taqsima Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo