Inawgurata eżebizzjoni ta’ ritratti b’risq il-Lifecycle

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici illum inawgura PRINTCYCLE, eżebizzjoni ta’ xogħol artistiku Malti b’risq il-Lifecycle.
L-eżebizzjoni, li qed tittella’ f’Palazzo de Piro fl-Imdina, tikkonsisti minn xogħol artistiku kemm antik kif ukoll riċenti, li ngħataw b’donazzjoni mill-artisti Lino Borg, Gilbert Calleja, Austin Camilleri, Pawl Carbonaro, Justin Falzon, Luciano Micallef, Richard Saliba, John Vassallo u Robert Zahra
Il-pubbliku jista’ jżur l-eżebizzjoni minn għada 26 ta’ Lulju sat-3 ta’ Awwissu.