Inawgurata blokka ġdida fl-iskola sekondarja taż-Żejtun

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici nawgura blokka ġdida fl-Iskola sekondarja taż-Żejtun li hija parti mill-Kulleġġ San Tumas More.

Waqt din l-inawgurazzjoni l-Ministru Owen Bonnici qal li l-iskola sekondarja taż-Żejtun qiegħda tkun estiża permezz ta’ sular f’kull blokka. Din l-estensjoni hija mifruxa fuq aktar minn 2,500 metru kwadru. Se jkunu qegħdin jiżdiedu 13-il-klazssi normali, tmien laboratorji għat-tagħlim tax-xjenza, żewġ klassijiet għall-home economics u klassijiet għall-inġinerija u d-disinn.

F’din l-iskola qiegħed isir żvilupp ta’ aktar labortatorji u workshops għal suġġetti vokazzjonali fosthom fit-teknoloġija tal-informatika, l-ospitalità, il-hairdressing, il-media, it-tessuti u l-moda. Dawn is-suġġetti jgħinu lill-istudenti biex ikunu preparati aħjar għad-dinja tax-xogħol.

F’din l-iskola sekondarja taż-Żejtun qed isir immonerdizzar komplet u qed isiru t-tibdiliet meħtieġa biex tkun aċċessibbli għal kulħadd. Dan il-proġett qiegħed isir b’investiment totali ta’ €5 miljun.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Tumas More George Psaila u l-Kap tal-Iskola Anna Spiteri Meilak.

Il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Ministru Owen Bonnici nawguraw skola ġdida fil-Qawra. L-iskola hija mibnija fuq erba’ sulari u se jkollha 39 klassi b’interactive whiteboards u faċilità ta’ arja kkundizzjonata, laboratorji għal tagħlim vokazzjonali, ċentru għall-ħarsien tat-tfal u kindergarten.