Inawgurata sala ġdida tal-ortopedija fl-isptar Ġenerali t’Għawdex

Fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġiet inawgurata sala ġdida tal-Ortopedija. Is-sala li ġiet rinnovata minn Steward Health Centre  għal pazjenti li jkunu għamlu operazzjonijiet tal-ġenbejn u l-irkoppa, fost oħrajn.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li din is-sala saret b’investiment ta’ €185,000.

Is-sala l-ġdida tal-ortopedija b’għaxar sodod b’għaxar infermiera se tkun għall-pazjenti li jsirulhom interventi ta’ hip replacement jew operazzjonijiet fl-irkoppa.

Waqt l-inawgurazzjoni, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li f’din is-sala sar investiment ta’ €185,000 bħala parti mill-proġett ta’ Steward Health Care Malta.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Isptar Joseph Fenech qal li riżultat ta’ dan il-proġett, il-pazjenti li se jingħataw il-privatezza tagħhom skont l-aħjar prattiċi. Huwa qal li peress li dawn il-pazjenti kienu żgħar fin-numru huwa iktar faċli li tagħtihom l-attenzjoni meħtieġa.

Il-Ministru Fearne qal li l-missjoni tal-Gvern hi li joffri l-ogħla livell ta’ kura possibbli u l-ftuħ ta’ din is-sala hi parti zgħira minn stampa ikbar.