Inawgurat xogħol ta’ tisbiħ fir-Rinella

Illum ġie inawgurat ix-xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni li sar fuq ir-Rinella fil-Kalkara, b’investiment ta’ madwar  €32,000.

Ix-xogħol li sar jinkludi installazzjoni ta’ bankijiet tal-injam, bins,  handrails għall-persuni b’diżabilità kif ukoll tindif tal-ġebel minn qiegħ il-baħar, tibdil tal-bollards fejn jorbtu d-dgħajjes u nbnew ħitan tas-sejjieħ ġodda.

Dan ix-xogħol beda f’Mejju li għadda u tlesta fl-aħħar ta’ Lulju.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li x-xogħol sar kollu mill-ħaddiema tal-Gvern u kien hemm xi subcontractors.

Huwa ħabbar li l-Gvern jinsab fil-proċess li jagħmel kumpless ħolistiku li jinkorpora fih showers, changing rooms, faċilitajiet sanitarji u użu tal-enerġija sostenibbli.