Inawgurat uffiċjalment l-uffiċċju tal-Kunsill taż-Żgħażagħ Għawdxin

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo inawgura uffiċjalment l-uffiċċju  tal-Kunsill taż-Żgħażagħ Għawdxin.
Il-Ministru Refalo qal li kienet ilha tissemma l-ħtieġa li f’Għawdex jitwaqqaf Kunsill li jirrappreżenta liż-żgħażagħ.
Il-Kunsill taż-Żgħażagħ għandu l-għan li jkun vuċi effettiva għaż-żgħażagħ Għawdxin u jgħinhom jipparteċipaw b’mod aktar effettiv fil-ħajja amministrattiva, soċjali, ekonomika, kulturali u edukattiva tal-gżira.
Il-Ministeru għadda uffiċċju fi Triq Enrico Mizzi lill-Kunsill taż-Żgħażagħ biex iservi bħala lokal minn fejn jopera.
Filwaqt li l-Ministru feraħ lill-25 għaqda li rreġistraw l-interess tagħhom biex jingħaqdu fil-Kunsill taż-Żgħażagħ Għawdxin ħeġġeġ biex jibqgħu jiġu nkoraġġati għaqdiet oħra biex jissieħbu f’dan il-Kunsill.
Il-Ministru Refalo ħabbar ukoll li s-sussidju li jingħata lill-istudenti Għawdxin li jistudjaw Malta, irċevewh għall-ewwel darba dirett fil-kont bankarju tagħhom.

Ritratt: MGOZ – George Scerri