Inawgurat tisbieħ ta’ Heritage Trail fl-Imġarr

Dalgħodu ġie inawgurat ‘Heritage Trail’ fl-Imġarr li twettaq mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr.
Dan il-proġett ikkwalifika wara sejħa li saret mill-Grupp Azzjoni Lokali tal-Majjistral b’allokazzjoni ta’ kważi €160,000.
Waħda mill-intenzjonijiet tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr kienet li permezz ta dan il-proġett, ir-raħal tal-Imġarr ma jibqax attrazzjoni turistika matul ix-xhur sħan tas-Sajf biss, bit-turisti jżuru ż-żona minħabba l-bajjiet sbieħ li hemm fil-madwar.
Fost ħafna interventi, il-proġett jinkludi wkoll il-bini tal-bankini ġodda mill-masġar ta’ Darrenzi sal-banjijiet Rumani f’Għajn Tuffieħa.
Ġew miżjuda tabelli ġodda li juru siti importanti fil-lokalità fosthom it-Tempji Ta' Haġrat u l-Banjijiet Rumani li qegħdin fit-triq GħajnTuffieħa.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut