Inawgurat stazzjon għar-riċerka tal-Vitikultura u l-Eneloġija

Stazzjon għar-riċerka tal-Vitikultura u l-Eneloġija fil-Buskett ġie inawgurat ilbieraħ mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino.

Dan il-post se jservi biex aktar żgħażagħ Maltin u Għawdxin ikunu dedikati għar-riċerka f’dan is-suġġett. L-istess ċentru se jservi biex ikun ta’ post għal kontrolli xjentifiċi biex b’hekk il-prodott finali ikun konformi mal-liġijiet u r-regoalmenti tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil kull min jaħdem f’dan is-settur speċjalment lil bdiewa li jkabbru l-għeneb għat-għasir. Huwa kompla jgħid li hemm bżonn t’iżjed għarfien fuq l-inbid lokali.

George Pullicino temm jgħid li r-riċerka hija ċ-ċavetta tas-suċċess f’kull settur tal-intrapriża u l-biejda mhix eċċezzjoni u għalhekk il-konsumatur Malti għandu jemmen fil-prodott lokali.

Ritratt: DOI