Inawgurat radar ġdid fil-Fawwara

Waqt l-inawgurazzjoni tal-ftuħ uffiċjali tar-radar ġdid fil-Fawwara, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis faħħar il-ħidma għaqlija li l-Malta Air Traffic Services qed tħejji għal proġetti kapitali.
Ix-xogħol fuq ir-radar ġie kkumissjonat f’Awwissu 2013, wara sensiela ta’ diskussjonijiet dwar il-post preferibbli. 
Dan ir-radar se jservi ta' appoġġ għar-radar li hemm f'Ħad Dingli. 
L-għan prinċipali tar-radar tal-Fawwara huwa s-sorveljanza ta’ ajruplani li jtiru fiż-żona tal-ajru Maltija mingħajr inżul f’Malta.
Il-proġett ġie jiswa €2.5 miljun.