Tissebbaħ sala f’San Vincenz de Paule

Ġie inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ fis-Sala San Ġużepp 8 fir-residenza San Vinċenz de Paule.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca ddeskriviet il-proġett bħala miraklu ta’ xogħol. Sostniet li dak li sar kien importanti biex joħloq ambjent dinjituż għall-anzjani li huma t-teżori tas-soċjetà Maltija.
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Franco Mercieca faħħar ix-xogħol li sar mit-tim tal-manutenzjoni tar-residenza San Vincenz de Paule stess.
Żied jgħid li dan huwa wkoll parti mix-xogħol tal-Gvern biex itejjeb l-iStandards għad-Djar Residenzjali tal-Anzjani.