Inawgurat Pet Scanner ġdid fl-isptar Mater Dei

Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi inawgura Pet Scanner ġdid fl-Isptar Mater Dei. Dan il-proġett sewa’ €3 miljun.

Dr Gonzi qal li dan il-proġett sar biex il-gvern ikompli bil-ġlieda tiegħu kontra l-marda tal-kanċer.

Is-CT/PET Scanner ġie ko-finanzjat mill-gvern Żvizzeru bħala parti mill-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ritratti:Jeremy Wonnacott (DOI)