Inawgurat park ieħor tal-familja f’Selmun

Dalgħodu, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi inawgura l-Park tal-Familja fil-Mellieħa, fid-daħla għal Selmun.

Dr Gonzi esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-proġett komplut li joffri spazju għal attivitajiet sportivi differenti u jippromwovi wkoll il-kultura tal-qari permezz tal-Book Box.

Kien spjegat li tul l-aħħar ħames snin, minbarra dan f’Selmun, infetħu l-park tas-Salini, l-estensjoni f’Ta’ Qali, il-park tal-Majjistral, dak fi Xrobb l-Għaġin u l-part ta’ Wied il-Għajn.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.