Inawgurat l-ewwel edizzjoni tal-Festival viżiv VIVA

Dalgħodu, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern lokali, Owen Bonnici inawgura l-ewwel edizzjoni tal-Valletta International Visial Arts Festival 2014 (VIVA).
Il-festival fetaħ bl-iżvelar ta’ tliet xogħlijiet artistiċi; Żieme ta’ Austin Camilleri, Power Exchange ta’ JP Azzopardi u Michael Camilleri u Genesis ta’ Victor Agius.
Dan il-festival se jkun iddedikat totalment lejn l-arti viżiva u għalhekk se jkun qed joħloq opportunitajiet għal artisti Maltin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kollaborazzjonijiet internazzjonali.
L-avvenimenti marbutin mal-VIVA se jseħħu fil-ġimgħa ta’ bejn l-1 u s-7 ta’ Settembru. Il-wirjiet se jsiru fiċ- Ċentru għall-Kreattivitaà tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, f’Heritage Malta, fil-Pjazza Teatru Rjal, kif ukoll il-Mużew Nazzjonali tal-Arti.
Il-Ministru Bonnici żied jgħid li nhar it-Tnejn li ġej sala mimlija studenti Maltin u kif ukoll barranin se jibdew jitħarrġu fl-ewwel edizzjoni tal-VIVA Curatorial School
Ritratt: Michelle Abela