Inawgurat l-Customer Experience Centre ta’ Crane Currency

Crane Currency

Crane Currency, kumpanija ta’ Crane Co. u supplier kompletament integrat ta’ karti tal-flus għal banek ċentrali madwar id-dinja, inawgurat il-faċilità ta’ Malta u l-Customer Experience Centre billi kixfet plakka fl-istess faċilità.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-President ta’ Crane Currency Annemarie Watson kixfu l-plakka.

Annemarie Watson, President ta’ Crane Currency qalet li tinsab grata bl-appoġġ tal-imsieħba lokali tagħhom, tal-fornituri tat-tagħmir u l-assoċjati biex ġabu Crane Currency Malta mill-kunċett għar-realtà.

Spjegat li Crane Currency Malta hija l-iktar faċilità moderna fl-industrija, fejn l-istampar, id-disinn u t-teknoloġija tal-karatteristiċi tas-sigurtà jingħaqdu flimkien għall-benefiċċju tal-klijenti tagħna li jfittxu li joħolqu karti tal-flus tal-ġenerazzjoni li jmiss.

Skont Crane Currency, il-faċilità f’Ħal Far, toffri l-aħħar tagħmir bil-kapaċità li tipproduċi l-aħħar karrateristiċi tas-sigurtà u effiċjenza fil-produzzjoni u għandha footprint ta’ madwar 14,000 metru kwadru.

It-teknoloġija mikro-ottika ta’ Crane Currency tipprovdi karatteristika dinamika, ta’ sigurtà l-aktar moderna biex tevita l-iffalsifikar tal-flus. Dawn il-karatteristiċi ta’ sigurtà ġew speċifikati f’aktar minn 125 karti tal-flus. Imwaqqfa fl-1801, il-kumpanija ilha kontinwament tforni servizzi tal-karta u s-sigurtà lill-Gvern tal-Istati Uniti għal aktar minn 140 sena.