Inawgurat it-Teatru Rjal fil-Belt Valletta

Il-bieraħ saret l-inawgurazzjoni uffiċjali tat-Teatru Rjal fil-Belt Valletta. Għaċ-ċerimonja inawgurali kien hemm preżenti l-President George Abela flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura, Jose’ Herrera, li ppresjeda ċ-ċerimonja.

Ir-restawr tat-teatru, li kien is-suġġett ta’ bosta kontroversja, sar mill-arkitett ta’ fama mondjali Renzo Piano. Il-proġett huwa biss wieħed mis-serje ta’ proġetti fil-Kapitali Maltija li jinkludu l-bini tal-Parlament ġdid u l-proġett ta’ bieb il-Belt.

Minkejja li ma kienx tlesta, it-Teatru Rjal diġa’ intuża waqt attivitajiet fi żmien il-Milied kif ukoll matul il-Malta Arts Festival li sar xahar ilu.

Matul din l-istess ċerimonja kien hemm ukoll kunċert mill-European Youth Orchestra.