Inawgurat il-proġett Catch the Drop f’Għawdex

F’Għawdex ġie inawgurat uffiċjalment il-proġett Catch the Drop li se jfisser kampanja edukattiva biex joħloq iktar għarfien dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-ilma u l-użu għaqli tar-riżors.
Saru xogħlijiet biex l-inħawi ta’ Għar Ilma jiġu ppreservati u biex tinħoloq iktar kuxjenza dwar l-ilma. Ix-xogħlijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex u mill-kampanja tal-bank HSBC Catch the Drop.
Il-kanali tal-ilma li għadhom jeżistu f’Għar Ilma nbnew mill-Ingliżi qrib is-sena 1880, biex iwasslu l-ilma b’akwedotti minn Santa Luċija sar-Rabat.
Fl-aħħar snin, il-Kumitat Amministrattiv ta’ Santa Luċija għamel xogħlijiet ta’ manutenzjoni u matul is-sajf li għadda diversi studenti minn skejjel Għawdxin ittieħdu jżuru Għar Ilma fejn setgħu japprezzaw kif kien jinġabar u jinħażen l-ilma. 
Ritratt: MGOZ – George Scerri