Inawgurat il-kampus ġdid tal-MCAST f’Għawdex

Fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, ġie inawgurat il-kampus ġdid tal-MCAST f’Għajnsielem f’Għawdex.
Waqt l-inawgurazzjoni saret referenza għall-insularità f’Għawdex u kif l-edukazzjoni u l-ftuħ tal-kampus huma ta’ importanza kbira biex l-istudenti Għawdxin ikabbru l-ħiliet tagħhom.
Il-kampus, li sar b’investiment ta’ €400,000, se jkun qed jieħu post ċentri li kien hemm fix-Xagħra u x-Xewkija.
Matul din is-sena se jkunu madwar 318, l-istudenti li se jingħataw lezzjonijiet f’suġġetti vokazzjonali u akkademiċi.
132 huma studenti ġodda. Mis-sena d-dieħla, l-kampus tal-MCAST f’Għawdex se jkun qed joffri bosta korsijiet f’suġġetti ġodda.
Dan il-Kampus jikkonsisti f’numru ta’ workshops, laboratorji tal-kompjuters u oħrajn tal-lingwi, salon tax-xagħar, żona għall-istudju u postijiet fil-miftuħ għar-rikreazzjoni.
Il-kampus ġdid se jkun qed joffri wkoll faċilitajiet li qabel ma kienx possibbli. Dawn jinkludu internet u wifi mal-kampus kollu u librerija ġdida.

Ritratt: MCAST