Inawgurat il-bini tas-servizzi tal-IT fl-Università ta’ Malta

Illum ġie inawgurat il-bini għas-servizzi tal-IT fl-Università ta’ Malta.

Il-proġett ġie jiswa €8 miljuni, parzjalment iffinanzjati minn fondi Ewropej.

Il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi żar dan il-bini, li hu mifrux fuq spazju ta’ 4,000 metru kwadru.

Fid-diskors tal-ftuħ, il-Prim Ministru Gonzi qal li b’dan l-investiment kompliet tissaħħaħ l-Università ta’ Malta.

Kompla jgħid li permezz ta’ dan it-tisħiħ, l-Università se tkompli tattira aktar studenti barranin lejn pajjiżna biex jistudjaw.

Il-Prim Ministru żar ukoll il-bini tal-fakultà tal-ICT li tinsab fl-aħħar stadji qabel tiġi inawgurata. Il-bini għandu sistema avvanzata li tikkontrolla l-kondizzjonijiet klimatiċi interni, fosthom it-temperatura. Il-bini se jipprovdi wkoll ġbir tal-ilma tax-xita tiegħu stess u huwa mgħammar bi provista tal-elettriku apposta għalih.

Ritratti: Daniel Balzan