Inawgurat Ġnien Lippu Sammut f’Birkirkara; “Lippu jixraqlu l-ġieħ”

DOI - Jeremy Wonnacot

F’Birkirkara ġie inwgurat Ġnien Lippu Sammut li sar b’valur ta’ €700,000 mid-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Is-Sindku t’ Birkirkara Joanne Debono Grech qalet li Sammut kien jixraqlu dan il-ġieħ għall-kontribut li kien dejjem jagħti lil-lokalità ta’ Birkirkara. Sostniet li hu kien xempju ta’ persistenza u determinazzjoni.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li Birkirkara hija l-lokalità bl-akbar numru ta’ residenti, b’aktar minn 20,000 ruħ. Insista li għalhekk huwa importanti li r-residenti jkollhom dejjem aktar spazji miftuħa fejn ikunu jistgħu jaqtgħu mill-ħajja bieżla ta’ kuljum.

Skont il-Ministru Borg, Ġnien Lippu Sammut gawda minn pavimentar, sistema tad-dwal, railing favur is-sigurtà, għamara dekorattiva u prattika bħall-bankijiet, kif ukoll ġibjun biex jilqa’ l-ilma tax-xita.

Intant, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li l-Kunsill Lokali huwa dik l-entità li hija l-aktar qrib iċ-ċittadin u għalhekk dan għandu dmir li jinvesti fil-komunità tal-lokal tiegħu.