Inawgurat ġnien bl-iskulturi fil-Palazz tal-Verdala

Il-President George Abela inawgura l-ewwel ġnien permanenti bl-iskulturi fil-Palazz tal-Verdala.
Fl-isfond tal-ġnien se jiġu esebiti 17-il biċċa tal-arti kontemporanja ta’ 11-il artist, fosthom studenti tal-MCAST u artisti internazzjonali.
L-iskulturi tpoġġew f’postijiet li ġew identifikati mill-MEPA hekk kif is-sit huwa parti min-Natura 2000.
Iż-żona għat-tfal saret b’tali mod li tixbaħ il-logħba taċ-ċess.
Il-ġnien u l-Palazz se jkunu miftuħin għall-pubbliku nhar il-Ħadd li ġej.
Kien il-President li sentejn ilu ppropona dan il-proġett lill-Istitut tal-Arti u d-Diżinn fl-MCAST.
Studenti li kienu qed jistudjaw it-3D Design & Interior ħolqu mudell tal-inħawi madwar il-Palazz tal-Verdala u ħolqu preżentazzjoni tal-proġett kollhu.
Il-President George Abela qal li l-għan tal-ġnien huwa wieħed edukattiv filwaqt li se jservi ta’ esebizzjoni permanenti għall-biċċiet tal-arti.
Il-Gvern, l-MCAST u l-Bank of Valletta għenu fit-tfassil ta’ dan il-proġett bl-iskulturi fil-ġnien. 

Ritratti: DOI – Jeremy Wonnacott