Inaqqru u jixorbu xi ħaġa qabel ma jitolbu f’xi knejjes

Numru ta’ kappelli u knejjes bis-sagrament espost, infetħu tard filgħaxija bil-għan li jattiraw aktar persuni lejn il-knisja biex jitolbu.
Din hija parti minn attività li ġiet organizzata mill-Youth Fellowship Malta fejn nies li kienu għaddejin qrib xi knejjes madwar Malta, ingħataw xi ħaġa x’jieklu u jixorbu iżda fuq kollox ingħataw talba. Wara ġew mistiedna jidħlu sal-knisja jew kappella biex huma jagħmlu t-talba tagħhom.
L-attività bl-isem ta’ Lamps saret f'sitt postijiet differenti: fil-Knisja ta' ħdejn il-Millennium Chapel f’Paceville, fil-Kappella ta' San Ġiljan, fil-Valletta Waterfront, f’Kappella fl-Imdina, f’Marsaxlokk u fil-Knisja tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema.
Kelliem għall-Youth Fellowship Malta qal li f’xi postijiet, kien hemm sa mitt persuna li daħlu jitolbu fil-knisja.
Għal aktar informazzjoni dwar din l-attività tistgħu żżuru sit: http://youthfellowship.org/free-food-free-prayer-lamps-mission/ jew il-paġna ta' Facebook: https://www.facebook.com/lampsmission