“Inaċċettabbli li l-LSEs ma jkollhomx mejda u siġġu fil-klassi” – UPE

Read in English.

L-Unjin għall-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) ħabbret diżgwid industrijali minħabba li ċerti membri tagħha ġibdulha l-attenzjoni li l-Learning Support Educators (LSEs) mhux se jkollhom mejda u siġġu fil-klassi meta jerġgħu jiftħu l-iskejjel.

Il-UPE spjegat li dan minħabba li bil-linji l-gwida l-ġodda mħabbrin mill-awtoritajiet edukattivi, fil-klassijiet tneħħiet l-għamara li mhix essenzjali. Is-siġġu u l-mejda li jużaw l-LSEs huma u jassistu lill-istudenti tagħhom qegħdin jitqiesu bħala parti minn din l-għamara.

L-unjin qalet li xi ħaġa bħal din lanqas biss taħsibha, li edukaturi jkollhom iqattgħu ġurnata bilwieqfa, mingħajr mejda fuqiex jiktbu. Xogħolhom ma jistax jitwettaq sew b’dan il-mod, sostniet.

Hija temmet tgħid li jekk din il-kwistjoni ma tissolviex fil-ħin adekwat, hija se toħroġ direttivi lil-LSEs.

Taqbel mal-UPE?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt