In-nuqqas ta’ rispett lejn il-ħajja umana qed jiġi normalizzat

In-nuqqas ta’ rispett lejn il-ħajja umana huwa evidenti f’ħafna setturi bħall-faqar, esklużjoni soċjali, ir-razziżmu u l-preġudizzji kontra n-nisa kif ukoll lejn l-ambjent u l-ispazji pubbliċi li huma inportanti għall-ħajja tal-bniedem.

Fi stqarrija d-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà u d-Dekan elett għal-Fakultà tal-Edukazzjoni Colin Calleja fi stqarrija konġunta qalu li s-soċjetà mhux qed titkellem biżżejjed dwar il-kawża ta’ din id-deġenerazzjoni morali. Iż-żewġ akkademiċi qalu li matul dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi dibattiti fuq suġġetti varji fosthom l-abort, l-IVF u l-ewtanażja.Huma għamlu referenza wkoll għal każijiet riċenti li seħħewkemm omiċidji kif ukoll każijiet speċifiċi fosthom mewt ta’ persuni f’postijiet ta’ kostruzzjoni.

Degradazzjoni morali

Azzopardi u Calleja qalu li wieħed jinnormalizza n-nuqqas ta’rispett lejn il-ħajja tal-bniedem juri li d-degredazzjoni morali mhux qed tiġi diskussa. Fl-opinjoni tagħhom dan qed isir minħabba diversi raġunijiet fosthom it-tibdil fil-ħajja li sar f’dan l-aħħar żmien. Huwa semmew li t-tkabbir ekonomiku qed iħalli mpatt fuq l-istil u l-ħajja tan-nies. Azzopardi u Calleja appellaw biex ikun hawn riflessjoni serja fuq is-sitwazzjoni preżenti.